News & Events

Cover for Għaqda Muzikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura
2,744
Għaqda Muzikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura

Għaqda Muzikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura

L-Għaqda Mużikali u Soċjali ‘Madonna tal-Karmnu’ twaqqfet fl-1985 u hija l-unika banda fil-Fgura

✈️ Laqgħa mal-Grupp qabel il-Vjaġġ lejn il-Vatikan! 🎶Illum saret laqgħa importanti mal-grupp li nhar il-Ħamis jitlaq lejn Ruma għal żjara storika u memorabbli fil-Vatikan! Tul il-laqgħa ġew diskussi d-dettalji loġistiċi, il-programm uffiċjali u l-aħħar punti ta’ tħejjija. Inħarsu 'il quddiem għal esperjenza li tibqa’ f’qalbna għal dejjem fosthom ukoll l-ewwel kunċert tal-banda barra minn xtutna u l-parteċipazzjoni fil-ġublew tal-baned! #BandistiLejnIlVatikan #bandafguragublew ... See MoreSee Less
View on Facebook
🎺 L-Ewwel Żjara Storika tal-Banda barra minn Malta! ✈️Din is-sena hija waħda speċjali għall-Banda tagħna, hekk kif qed niċċelebraw 40 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà! U x’hemm aħjar milli niċċelebraw b’esperjenza internazzjonali?🌍 Għal-ewwel darba fl-istorja tagħna, il-Banda se ssema leħinha barra minn Malta, f’okkażjoni prestiġjuża fil-Vatikan. Din hija opportunità unika għall-bandisti tagħna biex juru t-talent tagħhom anke barra minn xtutna.🙏 Grazzi lil kull min qed jagħmel din l-esperjenza possibbli! Aħna kburin li se nkunu qed nirrappreżentaw lil pajjiżna f’din l-inizjattiva kulturali u mużikali.#CamilleriCatering #dbGroup #VisitMalta#BandaFgura #JublewtalBaned #Ruma2025 ... See MoreSee Less
View on Facebook
Ninsabu ġimgħa biss 'il bogħod! 🤩✈️⏳ Il-countdown beda! Bħal-llum ġimgħa, l-Għaqda tagħna ser tibda l-avventura tagħha ġewwa Ruma 🇮🇹, fejn ser tirrappreżenta lil Malta 🇲🇹 fil-Ġublew tal-Baned 🎺🎶Wara xhur ta’ ħidma u dedikazzjoni, kollox jinsab lest sabiex għall-ewwel darba fl-istorja tal-Banda tagħna, insemmgħu l-mużika tagħna barra minn xtutna!🙏Grazzi lill-partitarji u s-sostenituri kollha li ser jakkumpanjawna f’dan il-vjaġġ mużikali u spiritwali. ❤️#BandaFgura #JublewtalBaned #Ruma2025 ... See MoreSee Less
View on Facebook
Ilum infakkru it-tieni Erbgħa ta udjenza tal-Madonna tal-Karmnu.Fjur tal-Karmu gran ReġinaOmm ta’ Kristu wisq ħanin,itlob dejjem int għalina,li ninsabu midinbin. O Sinjura, ifraħ magħna,b’Ġesu’ Ibnek irxuxtat,lilna għinna sa ma naslu,fl-istess sebħ li ma jgħib qatt. B’Omm il-Knisja ġejt magħżula,magħna xxandar din l-aħbar,wara l-mewt, salib u difna,Kristu llum gglorifikat. ... See MoreSee Less
View on Facebook
🎶 Il-preparamenti għaddejjin ġmielhom! 🎶✈️Il-Banda tagħna qed tissokta bil-preparamenti għall-mawra tant mistennija ġewwa Ruma fl-okkażjoni tal-Jublew. Rehearsals taħt id-direzzjoni tal-Mro. Johan Debattista għaddejjin b’mod intens sabiex nippreżentaw programm vokali u strumentali fil-Bażilika ta’ Santi Silvestro e Martino ai Monti.Dan il-vjaġġ jirrappreżenta mument storiku għall-Għaqda tagħna, fejn għall-ewwel darba se nkunu qed nieħdu l-mużika tagħna barra minn xtutna b’għożża u dedikazzjoni kbira.Grazzi lil-isponsors kollha għas-sostenn kontinwu tagħhom! 🙏#CamilleriCatering #dbGroup #VisitMalta#BandaFgura #JublewtalBaned #mumentstoriku ... See MoreSee Less
View on Facebook