Our Church

Din il-Knisja ġiet mibnija f’nofs it-triq bejn Ħal-Tarxien, Raħal Ġdid, Bormla u Ħaż-Żabbar, u kienu jgħidulha tal-Fgura, biex jirreferu għax-xbiha (Figura, Fgura) tal-Madonna. Il-qima li kienu jagħtuha missirijietna kienet tant kbira li Dun Salv Busuttil li kien in-neputi ta’ l-ewwel benefattur iddeċieda li jħottha u jkabbarha. Fl-1844 ittellgħet mill-ġdid mill-imgħallem Indri Vassallo u ġiet imbierka solennement fit-13 ta’ Dicembru 1854, minn Mons . Vigarju Ġenerali Dun Vinċenz Chapelle, megħjun minn bosta qassisin. Din il-Knisja kellha artal wieħed, u fit-Tieni Gwerra Dinjija ġarrbet xi ħsarat u wara li ġiet irranġata. Fl-1956 ġarrfuha biex tagħmel wisgħa għal triq, li kienet se tinfetaħ minn ġo fiha. Bħala tifkira ġie mibni salib fil-post fejn kienet din l-ewwel Knisja iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu.